Lokali

L-Arċisqof iwissi dwar ir-rata baxxa ta’ fertilità

Fil-messaġġ tal-Milied li twassal mill-Arċisqof ta’ Malta….Monsijur Charles Scicluna insista li l-Milied mhux biss ċelebrazzjoni tat-twelid; iżda hija wkoll tifkira profonda tal-eternità tal-ħajja.

L-Arcisqof ħeġġeġ lill-poplu Malti u Għawdxi biex jibqa’ miftuħ għad-don tal-ħajja u jibni kultura ta’ tama għall-futur, biex djarhom jimtlew bil-barka tat-tfal.

Hu insista li irridu nirriflettu wkoll dwar kif kull ħajja ġdida tibenifika minnha s-soċjetà b’ħafna modi. U minflok ma niddispraw dwar ir-rata baxxa tat-twelid f’pajjiżna, irridu nirrispondu bħala poplu.

L-Arcisqof qal illi kull persuna għandha r-responsabbiltà li tikkontribwixxi biex toħloq ambjent ta’ appoġġ …u li jispira koppji żgħażagħ biex iħaddnu l-futur bit-tama, jibnu djar ta’ mħabba, u jilqgħu r-rigal tat-tfal.

Huwa qal li l-isqfijiet se jitolbu biex is-soċjetà tagħna tħaddan il-kultura tal-ħajja, u tonora l-qdusija tagħha mill-konċepiment sal-mewt naturali.

L-Arcisqof qal ukoll li l-għoti tal-kura palljattiva trid tkun xempju ta’ tama, li tirrifletti soċjetà li tgħożż u ssostni d-dinjità tal-ħajja fl-istadji kollha tagħha.

Intant, Monsinjur Scicula irrefera għall-Ġublew tat-Tama. U qal illi dan irid ikun festa kbira ta’ ħniena.