Mijiet ta’ priġunieri Ukreni qed iqattgħu Milied ieħor fi priġunerija b’riżultat tal-gwerra li f’pajjiżhom li dalwaqt tagħlaq tlett snin….Dan meta l-qraba u l-ħbieb ta’ dawn il-priġunieri, l-istess bħall-Ukreni l-oħra, qed jorganizzaw ir-rallies madwar l-Ukrajna biex jiġġeneraw attenzjoni akbar dwar dawn il-priġunieri f’idejn ir-Russi …Priġunieri li ilhom ix-xhur ma jisimgħu b’aħbarhom….
Fir-rallies li għaddejjin fid-diversi bliet Ukreni qegħdin jispikkaw il-bnadar bis-slogans kontra l-priġunerija u biex il-poplu tal-Ukrajna jiġġieled għas-suldati li spiċċaw f’idejn ir-Russi huma u jiddefentu l-libertà ta’ pajjiħżhom.
U waqt li għaddejjin ir-rallies fl-Ukrajna, hemm il-mijiet tal-familji li qed jitolbu f’miraklu tal-Milied…F’dan il-każ li huma jisimgħu bl-aħbar jew jaraw mill-ġdid lill-qraba tagħhom li spiċċaw priġunieri tal-Kremlin…Sitwazzjoni fejn it-tfal qed jistennew ir-ritorn ta’ missierhom u bin-nisa qed jitlolbu biex l-irġiel tagħhom isalvaw mill-kundizzjonijiet tal-priġunerija ħarxa.
U waqt li l-qawwiet Ukreni qed jiddefendu l-artijiet tagħhom mill-avvanzi tal-militar Russu, hemm il-mijiet jekk mhux l-eluf tal-ommijiet li kuljum qed jgħixu ħmar-il lejl meta ma jafux x’seta sar minn uliedhom ħlief għall-fatt li qegħdin jgħixu l-ħajja ta’ priġunieri.
Ħafna fost il-priġunieri tal-gwerra Ukreni se jkunu qed iqattgħu t-tielet Milied miċħudin mil-libertà…Fost dawn hemm is-suldati li għal xhur konsekuttivi defendew il-belt ta’ Mariupol kontra l-attakki tar-Russi u li kienu simbolu ewlieni tar-reżistenza kontra l-invażjoni ta’ pajjiżhom mis-suldati ta’ Vladimir Putin.
Madwar 2,500 suldat Ukreni kienu ċedew lill-qawwiet Russi wara daqstant ġimgħat jiddefendu l-faċilità ta’ Azovstal għall-produzzjoni tal-azzar, f’Mariupol….Dan meta magħruf li fadal ‘il fuq minn 1,300 minn dawn il-priġunieri f’idejn il-militar Russu.
Sadanittant, it-tama tal-familji Ukreni ma tmut qatt u speċjalment f’dawn is-sigħat qabel Jum il-Milied….Sitwazzjoni li fiha r-rappreżentanti tal-gruppi li qed jippromwovu l-ħelsien tal-priġunieri qalu li l-aħjar rigal li jistgħu jkollhom għandha tkun il-preżenza mill-ġdid fosthom tas-suldati li sagrifikaw il-libertà tagħhom għall-Ukrajna ħielsa.
Ir-rallies fl-Ukrajna favur il-priġunieri se jkomplu fil-ġimgħat li ġejjin u meta l-Ukreni huma determinati biex id-dinja ma tinsiex dak li għaddew minnu l-għeżież tagħhom.
Dan ukoll meta ħafna mis-suldati priġunieri għandhom l-ulied ċkejknin li twieldu qabel il-missirijiet inqabdu mill-militar Russu u li, bħala storja, hi fost l-aktar traġiċi li ħarġu minn qalb in-nirien tal-konflitt fl-Ukrajna…. Traġedja li ma messha saret qatt fid-dinja moderna u meta l-poplu Ukren illum qed jinsisti biex id-dinja tieħu l-passi meħtieġa ħalli dawn l-affarijiet ma jirrepetux ruħhom f’pajjiżi oħrajn.
//= $special ?>