Raġel ġie lliberat bil-kundizzjoni li jikkomettiex reat ieħor fi żmien 40 xahar fuq sewqan perikoluż f’każ li dam ikarkar għal 40 xahar. Emanuel Gatt ta’ 58 sena instab ħati ta’ sewqan perikoluż u kellu l-liċenzja tiegħu sospiża għal tliet xhur.
Huwa ammetta li kien irresponsabbli fis-sewqan tiegħu u li kien ta’ periklu meta saq taħt l-influwenza tal-alkoħol u sustanzi oħra f’post pubbliku. Dan meta kien ukoll qed isuq waqt li kien lil hinn mil-limitu permess t’alkoħol, u li kkawża ġrieħi involontarji fuq mara. Il-każ kien jirrelata ma’ nċident tat-traffiku.
It-tabib Conrad Borg kien l-unika xhud waqt il-proċeduri f’każ li kien ilu għaddej sa mill-2007. Dr. Borg ikkonferma li Therese Bajada kellha ġrieħi gravi, inkluż f’għonqha u fi spallitha x-xellugija, u għadma miksura f’idha x-xellugija.
Fil-verbal li sar fit-28 ta’ Marzu tal-2008, il-parte civile informa lill-Qorti li l-ispejjeż relatati ma’ ħsarat tal-vettura ammontaw għal €1,700 – inkluż spejjeż relatati mal-Qorti. Il-Qorti esprimiet diżappunt li l-parte civile ma provda l-ebda rċevuta jew dokumentazzjoni mat-talba tiegħu.
Barra minn hekk, il-Qorti ma setgħetx tifhem għalfejn Gatt kien mar il-Qorti biex iħallas €300 lil ċertu Etienne Bugeja b’konnessjoni ma’ akkużi rigward ikkawżar ta’ ħsarat lil vettura – akkużi li hu ma ġiex akkużat bihom.
Jidher li skont il-Current Incident Report, Etienne Bugeja kienqed isuq il-karozza li Therese Bajada kienet passiġġiera fiha. Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qalet li dwar il-piena l-Qorti ħadet in konsiderazzjoni l-ammissjoni tal-imputat, u l-fatt li dan il-każ tħalla jkarkar inspjegabbilment għal xejn inqas minn sbatax 17 il-sena meta kull ma nstema kien xhud wieħed biss. Ittieħed kont tal-fedina penali tal-imputat u taċ-ċirkostanzi tal-każ.
//= $special ?>