Għall-ħmistax-il darba fl-istorja tiegħu l-Giro d’Italia se jibda barra mill-Italja. Id-Durazzo-Tirana fid-9 ta’ Mejju 2025 se tkun l-ewwel waħda mit-tliet stadji Albaniżi li se jagħtu bidu għall-108 edizzjoni tal-Giro d’Italia. Fit-12 ta’ Mejju c-ciklisti jistrieħu f’Puglia biex l-għada jkomplu tul rotta li se tiġi żvelata kollha kemm hi fit-13 ta’ Jannar biss f’Ruma, flimkien mar-rotta tal-Giro d’Italia għal ciklisti nisa.
Waqt il-preżentazzjoni kien hemm ukoll Vincenzo Nibali, li rebaħ il-Giro darbtejn, l-aħħar darba fl-2016 meta beda minn Apeldoorn fl-Olanda. L-attività ta’ preżentazzjoni tal-Giro saret fir-residenza uffiċjali tal-Prim Ministru Albaniż Edi Rama li kkummenta li jinsab entużjast dwar id-deċiżjoni meħuda mill-organizzazzjoni tal-Giro fost ħafna pajjiżi oħra li huma aħjar u aktar sinjuri mill-istess Albanija.
Preżenti wkoll il-Kap Eżekuttiv u d-direttur ġenerali ta’ RCS Sports & Events, Paolo Bellino, u l-President ta’ RCS, Urbano Cairo.
//= $special ?>