Lokali

“Ngħożżu l-anzjani li huma t-teżor tagħna” – Bernard Grech

F’dawn il-jiem ta’ ġabra u festi għandna nżommu lill-għeżież tagħna f’moħħna, u inkunu qribhom – iżda huwa importanti wkoll li mhux nagħtuhom attenzjoni biss f’dawn il-jiem tant speċjali, iżda matul is-sena kollha.

Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta jum qabel il-Milied żar residenzi tal-anzjani akkumpanjat mis-Sinjura tiegħu AnnMarie Grech kif ukoll ix-Shadow Minister Paula Mifsud Bonnici.

Huma żaru r-Residenza tal-Anzjani St. Catherine f’Ħ’Attard, Casa Antonia Ħal Balzan kif ukoll is-Simblija Care Home fin-Naxxar – fejn tkellem ma’ numru ta’ residenti.

Ma’ Net News. Bernard Grech insista dwar l-importanza li nieħdu ħsieb lill-anzjani taghna.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li l-anzjani tagħna għad għandhom ħafna x’jikkontribwixxu lil dan il-pajjiż u saħansitra saħaq li ltaqa’ ma’ persuni li li ġeddulu l-memorji u nislulu tbissima.

Bernard Grech sostna li l-poplu Malti u Għawdxi huwa poplu li jaf iħobb u jgħożż lill-għeżież tiegħu filwaqt li qabbel lill-anzjani ma teżor kbir.