Filwaqt li is-sħab u l-maltemp li kellna f’dawn l-aħħar jiem jidher li ma qabiżnix, f’jum il-Milied mhu se nkunu qed nistennew xejn differenti.
Fil-fatt, l-Erbgħa – propju fil-jum tal-Milied – qed ikun imbassar riħ qawwi Forza 5 li se jkun qed jolqot il-gżejjer Maltin mit-Tramuntana. Dan se jżomm it-temperaturi baxxi, u jdaħħalna fl-atmosfera festiva u xitwija ta’ dan iż-żmien ta’ festi.
L-għola temperatura mistennija titla’ għal 14-il grad celcius filwaqt li filgħaxija, l-inqas temperatura mistennija tkun ta’ 7 gradi.
U għalkemm l-kesħa u ir-riħ qed jinħassu ġmielhom …ħafna żgur li mhux se jiddejqu b’dawn l-elementi li huma tipikament assoċjati mal-Milied.
It-tbassir jindika wkoll illi x-xemx ma jidhirx li se tkun qed tfeġġ qabel nhar il-Ħadd li ġej, tant li l-Uffiċċju Meterjoloġiku qed ibassar li bejn Ħamis u is-Sibt se jkollna temp bix-xita ….u aktar riħ.
U għal dawk il-Maltin li jinsabu f’pajjiżi oħra għal żmien il-Milied, it-Tramuntana tal-Ewropa mistennija tara Milied Abjad; bl-Alpi u it-Tatras mistennija jesperjenzaw ammont sostanzjali ta’ borra.
Pero ma’ nistgħux nigħdu l-istess għar-Renju Unit hekk kif l-esperti tat-temp qed ibassru Milied b’rekord ta’ temperaturi għoljin, fejn x’aktarx fil-25 ta’ Diċembru t-temperatura mistenijja tilħaq il-livell ta’ 15-il grad celcuis filwaqt li mhemm l-ebda ċans ta’ borra fir-Renju Unit – temp kemmxejn mhux tas-soltu għall-Brittanniċi f’dan iż-żmien.
//= $special ?>