Lokali

Sewwieq ta’ mutur jittieħed l-isptar wara li jweġġa’ gravi

Raġel ta’ 40 sena u residenti Ħal Għaxaq, għal xi tmienja neqsin kwart ta’ dalgħodu, ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Nazzjonali, il-Furjana.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Kycmo Like, tilef il-kontroll u waqa’.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.