Lokali

“What a joke!” – Kritika għall-artiklu tal-media Laburista

“Iċ-ċrkwit fejn qiegħed?” “din il-kwart ta’ mil u mhux it-trakka li wiegħdu 10 snin ilu” “what a joke”

Dawn huma biss uħud mill-għexieren ta’ kummenti li ħallew in-nies taħt l-istorja qarrieqa ppubblikata mill-media Laburista aktar kmieni din il-ġimgħa – fejn ONE News prova jagħti x’jifhem illi bdew ix-xogħlijiet fuq it-trakka tal-karozzi li ilha mwiegħda aktar minn 10 snin.

Din il-wegħda tat-trakka ilha snin fuq l-ixkaffa. U issa, One News għażel titlu biex jagħti x’jifhem li dan il-proġett tal-motorsport beda – meta fil-fatt huwa l-proġett tal-kwart ta’ mil.

Il-fatt li l-media Laburista pprovat tqarraq bin-nies ma niżel tajjeb xejn għaliex kienu bosta dawk li ħallew kummenti ta’ kritika – fejn ħafna saqsew jekk waslitx l-elezzjoni ġenerali.

Bil-maġġoranza tal-kummenti jispjegaw li – dak li l-media Laburista sejħitlu xogħol fuq it-trakka – huwa xogħol fuq il-kwart ta’ mil u mhux iċ-ċirkwit li kien mwiegħed lura fl-elezzjoni tal-2013.

B’bosta jsejjħula ‘refurbishment’ tal-korsa li ilha topera għal snin sħaħ. Filwaqt li oħrajn urew ir-rabja għall-fatt li ċ-ċirkwit ilu mwiegħed 10 snin – fejn b’ħafna pompa Joseph Muscat – kien saħanistra mar Ħal Far sabiex iwiegħed dan il-proġett lid-delettanti tal-motorsport.

Iżda, wara l-elezzjoni tal-2013 waslet dik tal-2017, umbagħad dik tal-2022, inbidel il-leader, u anke l-Ministru u d-delettanti għadhom mingħajr trakka – għajr dik eżistenti li issa qed tiġi ‘refurbished’.