Għexieren ta’ nies qed jiġu rrapurtati li tilfu ħajjithom wara li ajruplan li kien qed iġorr 62 passiġġier u ħames membri tal-ekwipaġġ spiċċa ġġarraf fil-Każakstan, hekk kif sar ħuġġiega nar waqt li kien qed jagħmel inżul ta’ emerġenza.
Skont l-awtoritajiet fil-Każakstan, 32 persuna salvaw f’dan l-inċident u qed jingħataw l-kura medika.
L-ajruplan tal-linja Azerbaijan Airlines kien qed itir minn Baku, f’Ażerbajġan għal Grozny fir-Russja, iżda kien imġiegħel jagħmel inżul ta’ emerġenza minħabba amont kbir ta’ ċpar. L-ajruplan spiċċa ġġarraf qrib il-belt ta’ Aktau, fil-Każakstan.
//= $special ?>