Lokali

Iktar minn 500 persuna jattendu l-ikla tal-Caritas fil-Kurja

Għall 10 sena konsekkutiva il-Kurja fetħet il-bibien tagħha għal ammont rekord ta’ persuni; iktar minn 500 persuna.

F’atmosferma mill-isbaħ dawn il-persuni li jew ibagħtu mis-solitudni jew minn problemi finazjarji setgħu jiklu ikla bnina fil-kumpanija ta’ xulxin.

Iktar minn 100 voluntier taw l-għanuna tagħhom biex din l-ikla tkun ta’ suċċess. Interessanti l-fatt li bosta minn dawn il-voluntiera huma membri fid-djar ta’ riabilitazzjoni ta’ Caritas.

Għal din l-ikla attendew il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech u l-mara tieghu AnneMarie Grech li tkellmu ma diversi persuni dwar temi varji.