F’Jum il-Milied, ġiet konċelebrata l-quddiesa immexxija minn Monsijur Arcisqof fil-Katidral tal-Imdina. Fejn Charles Scicluna appella sabiex anke illum fis-soċjetà tagħna il-ħajja għandha tkun id-dawl li jigwidha l-bnedmin.
Hu sostna li l-ħajja hija don fejn tibda mat-tnissil u tispiċċa mal-mewt – li imbgħad tibqa’ ħajja għal dejjem.
l-Arċisqof Scicluna appella għal paċi fid-dinja anke frott l-gwerer li għaddejjin bħal issa viċin tagħna. Hu tkellem kif is-soċjetà għandha tożż il-ħajja, mill-barka tal-ulied – għal barka tal-anzjanità.
Charles Scicluna sostna li Ġesù ġie fosta sabiex jgħatina l-ħajja – u għalekk appella sabiex dan il-Milied u anke għas-sena d-dieħla kulħadd jilqa’ Ġesù Kristu fil-ħajja tiegħu – hekk kif Ġesù huwa dak li jdawwal il-ħajja tagħna.
Hu għalaq billi awgura l-Milied it-tajjeb lil kulħadd u sabiex mhux il-lum biss imma dejjem niprovaw dejjem aktar ngħixu ħajja eżemplari minajr ħafna materjaliżmu – hekk kif fakkar li sidna Ġesù twieled umilment f’Għar u tpoġġa f’maxtura.
//= $special ?>