Fil-jum tal-Milied il-qawwiet Russi sparaw madwar 184 missila għal fuq il-faċilitajiet tal-enerġija fl-Ukrajna fir-reġjun ta’ Kharkiv, li jinsab fil-Grigal tal-Ukrajna.
L-awtoritajiet fl-Ukrajna qed jgħidu li kien hemm numru ta’ persuni li sfaw midruba madanakollu ma konfermawx kemm il-persuna tilfet ħajjieta.
U hekk kif għat-tieni sena l-Ukreni iċċelebraw il-Millied fil-25 ta’ Diċembru, u mhux fis-7 ta’ Jannar bħar-Russja, kmieni filgħodu l-Ukreni minflokk qamu għal xi kant jew ċelebrazzjoniiet qamu bis-sireni li daqqew madwar il-pajjiż kollu.
B’riżultat ta’ dan l-attakk li huwa 13-il wieħed li sar fuq l-ikbar kumpanija tal-elettriku madwar 500,000 persuna mistennija jispiċċaw bla provvista tal-elettriku.
Intant, il-President tal-Ukrajna Volodymr Zelensky saħaq li dawn l-attakki f’jum il-Milied huma inumani, pero saħaq li l-ebda forza ma hi se xekkel l-ispirtu tal-Milied f’dan il-jum.
Minn naħa tagħhom il-forzi Russi qalu li l-attakki tagħhom kienu ta’ suċċess.
//= $special ?>