Lokali

“Kesħa, ħmieġ u ebda forma ta’ riabilitazzjoni”

Għall bosta l-Milied huwa l-jum li fih jingħaqdu mal-familji u jgawdu l-kumpanija ta’ xuxlin f’atmosfera mill-isbah…. però għal oħrajn li qegħdin fil-ħabs is-sitwazzjoni hija ferm differenti.

Priġunieri li tkellmu ma’ Net News spjegaw li qed jgħixu f’kundizzjonijiet xejn pjaċevoli f’ħafna kesħa, ħmieg u fuq kollox bla ebda forma ta’riabilitazzjoni.

Priġunieri oħrajn spjegaw ma’ Net News li hemm telqa kbira, u jinżammu dejjem fid-division bla ebda mod kif jistgħu jimlew il-ħin tal-ġurnata.

Dan filwaqt li persuna oħra spjegat il-problema kbira ta’ nuqqas ta’ spazju li qed jiprruvaw issolvu billi jżiedu is-sodod.

Bil-problemi jinkludu wkoll in-nuqqas ta’ indafa.

Dan filwaqt li ħafna ħabsin kienu fustrati għall-fatt li bosta persuni prominenti fil-pajjiż qalu “skużawni” u ħelsuha ħafif waqt li huwa spiċċaw fil-ħabs għax mhux tal-qalba.