Lokali

Raġel ta’ 25 sena iweġġa’ gravi wara li nqalbet BMW f’San Ġiljan

Raġel ta’ 25 sena miż-Żejtun u li kien passiġġier f’BMW, qed isofri minn ġrieħi gravi wara li nqalbet BMW f’San Ġiljan.

Karozza tat-tip BMW 3-series spiċċat inqalbet – wara li raġel ta’ 28 sena residenti iż-Żejtun tilef il-kontroll tal-BMW li kien qiegħed isuq.

Il-Każ jidher li seħħ għal ħabta tat-3.20pm fi Triq Mikiel Anton Vassalli f’San Ġiljan, fejn isejjħu tim mediku u ambulanza li ħadu lill-passiġġier l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.