Internazzjonali

Tmut l-atleta Olimpika Sophie Hediger f’valanga tas-silġ

L-atleta Olimpika tas-snowboard, Sophie Hediger tilfet ħajjitha traġikament wara li intlaqtet minn valanga tas-silġ fl-Isvizzera.

Sophie Hediger kellha 26 sena u kienet membru tat-tim tas-snowboard tal-Isvizzera, u ħadet sehem fl-Olimpjadi tax-Xitwa f’Bejing fiċ-Ċina f’2022.

Dan l-inċident seħħ t-Tnejn meta l-atleta kienet qed toqgħod f’kumpless turistiku fil-muntanji Arosa fl-Isvizzera.

Hediger kienet meqjusa bħala waħda mill-aqwa atleti fil-kategorija tagħha, fejn kisbet żewġ podiums fil-Kampjanot tal-World Cup matul l-istaġun tal-2023/2024.

Intant, kienu bosta persuni li wasslu l-kondoljanzi tagħhom lejn il-familja u l-ħbieb ta’ Hediger, fejn saħqu kif Hediger tilfet ħajjitha b’mod tragiku, brutali u ferm kmieni.