L-eks mudella minn Virginia, Somers Farkas ġiet nominata minn Donald Trump biex isservi bħala ambaxxatriċi għal pajjiżna. Dan tħabbar aktar kmieni din il-ġimgħa mill-President-Elett permezz ta’ messaġġ fuq il-media soċjali.
Apparti li kienet mudella, Farkas taħdem fil-filantropija u ġiet deskritta minn Trump innifsu bħala “imprenditriċi ta’ suċċess”.
Somers Farkas ħadmet fost l-oħrajn mal-għaqdiet Amerikani tal-Alzheimer’s, ma’ għaqdiet tan-nisa kif ukoll ma’ organizzazjonijiet li huma involuti f’kampanji kontra l-moħqrija tal-annimali.
Intant, Trump ħabbar ukoll li n-negozjant John Arrigo se jkun nominat għall-kariga ta’ ambaxxatur fil-Portugall.
//= $special ?>