Għawdex Lokali

FIĊ-ĊIRKEWWA: Ilmenti li ħallew lis-sewwieqa bla gwida, u f’sitwazzjoni ta’ kaos totali

“Ebda uffiċjali ta’ Transport Malta jew tal-LESA. Ebda uffiċjali tal-Pulizija. Sitwazzjoni ta’ kaos”.

Dan huwa d-diskors li ntqal minn diversi persuni li fl-aħħar sigħat kienu qed jaqsmu lejn Għawdex, u li damu sigħat twal biex qabdu l-vapur tal-Gozo Channel. Dan għaliex il-kumpanija ma baqgħetx topera mill-moll tas-soltu – bil-Gozo Channel tgħid li dan kellu jsir minħabba r-riħ.

Fl-aħħar sigħat, ir-riħ naqqas ferm mis-saħħa tiegħu. Iżda s-servizz xorta iċċaqlaq lejn is-South Quay.

Nies li tkellmu ma’ Net News qalulna li tant kien hemm diżorganizzazjoni li ħafna karozzi spiċċaw jaqbżu l-kju. Filwaqt li oħrajn qatgħu qalbhom u daru lura.

Sewwieq partikolari qalilna li hija tal-mistħija tqatta’ Boxing Day b’dan il-mod, minflok tgawdi ħin ta’ rilassament mal-familja.

Jidher li l-kju tal-karozzi lejn il-Gozo Channel tant kien twil li f’xi mumenti estenda saħansitra sal-Għadira.