Il-Bank of Valletta afferma mill-ġdid l-impenn tiegħu lejn il-Malta Community Chest Fund Foundation billi ppreżenta donazzjoni ta’ €310,000 waqt ix-xandira diretta L-Istrina ta’ din is-sena. Dan il-kontribut jirrifletti d-dedikazzjoni tal-Bank li jagħmel differenza fil-ħajja ta’ individwi u familji fil-bżonn, speċjalment matul dan l-istaġun tal-festi.
Din is-sena, il-kontribuzzjoni tal-BOV għall-Istrina kienet magħmula minn tliet donazzjonijiet. L-ewwel waħda kienet somma ta’ €60,100 miġbura permezz tal-kampanja tal-Istrina BOV Piggy Bank. Eluf ta’ tfal minn skejjel primarji u sekondarji madwar Malta u Għawdex ipparteċipaw billi taw donazzjoni f’piggy banks iddisinjati apposta għal din il-kampanja. Dan għen biex jenfasizza l-importanza tal-ġenerożità u s-solidarjetà minn età żgħira. Il-Bank ippreżenta wkoll id-donazzjoni annwali tiegħu ta’ €200,000, kontribut sinifikanti li sar il-pedament tal-appoġġ tal-Bank għall-Malta Community Chest Fund. Il-BOV għamel donazzjoni addizzjonali ta’ €50,000, hekk kif iċċelebra l-50 anniversarju tiegħu, u b’hekk enfasizza l-impenn kontinwu tiegħu lejn il-komunità.
Waqt ix-xandira diretta, il-Kap Eżekuttiv tal-BOV Kenneth Farrugia, akkumpanjat mill-Kap tas-CSR & Events Charles Azzopardi, ippreżenta d-donazzjonijiet. F’isem il-Bank, is-Sur Farrugia esprima l-gratitudni lejn dawk kollha li taw sehemhom fil-kampanja ta’ din is-sena. “Aħna grati ħafna lejn it-tfal, il-ġenituri u l-istaff tal-iskejjel li pparteċipaw fil-kampanja tal-Istrina BOV Piggy Bank. Dawn il-ġesti żgħar ħolqu impatt sinifikanti, mhux biss permezz tal-fondi miġbura, iżda wkoll billi jrawmu sens ta’ komunità u altruwiżmu fil-ġenerazzjoni żagħżugħa tagħna. Aħna kburin li nuru l-impenn tagħna lejn dawn l-inizjattivi, li jagħtu tama u serħan lil dawk li l-aktar għandhom bżonn.”
Issa fil-21 sena tagħha, il-Kampanja L-Istrina BOV Piggy Bank hija parti integrali mill-isforzi tal-Bank fil-qasam tar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva. Il kampanja kkontribwiet aktar minn €3 miljun għall-Malta Community Chest Fund matul iż-żmien. Il-kontribuzzjoni ta’ din is-sena tafferma mill-ġdid ir-rwol tal-Bank mhux biss bħala mexxej fis-settur finanzjarju, iżda wkoll bħala sostenitur ta’ inizjattivi komunitarji. L-inizjattiva tirrifletti wkoll id-dedikazzjoni tal-Bank għas-sostenibbiltà ambjentali, bil-piggy banks maħduma minn materjali riċiklati. Hekk kif il- Bank ifakkar l-anniversarju tal-50 sena tiegħu, jibqa’ impenjat li jixpruna bidla pożittiva u jagħmel differenza tanġibbli fil-ħajja tal-komunitajiet Maltin u Għawdxin.
//= $special ?>