Lokali

Il-Partit Nazzjonalista jagħti d-donazzjoni tiegħu waqt l-Istrina tal-2024

Ritratt: Catriel Farrugia

Il-Partit Nazzjonalista jżomm l-appuntament tiegħu ta’ kull sena, fejn jippreżenta somma flus waqt l-Istrina b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Id-delegazzjoni li ppreżentat is-somma sabiħa ta’ elf ewro kienet immexxija mis-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino flimkien mal-President tal-Kunsill Ġenerali Mark Anthony Sammut u s-Segretarju Eżekuttiv Organizattiv Stefan Caruana.