Internazzjonali

Is-Sirja: L-ewwel battalja — u sinjali ta’ reżistenza — wara l-kroll ta’ Assad

L-awtoritajiet ġodda fis-Sirja rappurtaw li s-sostenituri armati tal-eks-dittatur Sirjan, Bashar al-Assad, qatlu talanqas 15-il suldat tal-Ministeru għall-Intern li spiċċaw attakkati fl-artijiet Sirjani tal-Punent. Il-Gvern ġdid Sirjan qed jitmexxa mir-ribelli  li waqqgħu lil Assad u l-battalja inkwistjoni seħħet viċin il-port ta’ Tartous, li tmiss mal-Mediterran.

Indarbu wkoll talanqas għaxar suldati waqt il-ġlied f’zona meqjusa bħala fortizza tal-grupp tal-Musulmani Alawiti f’minoranza u li jifforma parti minnu l-eks-dittatur Assad. Intant, il-battalja bejn ir-ribelli u s-sostenituri ta’ Assad qed titqies bħala l-ewwel sfida diretta u serja lill-awtorità ta’ Ahmad al-Sharaa, il-Mexxej attwali tas-Sirja.

Mistenni li ‘il quddiem ikun hemm aktar minn dawn il-konfronti waqt li l-poplu Sirjan jittama għal perjodu fit-tul ta’ stabbilità mindu, ġimgħatejn ilu, ikkrollat il-Presidenza ta’ Assad …Sitwazzjoni fejn il-pajjiż spiċċa f’idejn il-qawwiet tar-ribelli mmexxija mill-grupp Hayat Tahrir al-Sham (HTS) ta’ al-Sharaa.