Lokali

AĠĠORNATA: Jinġabru miljun ewro fi tliet sigħat

Jinġabru miljun ewro fi tliet sigħat waqt l-Istrina tal-2024.

Il-Maltin u l-Għawdxin għal darb’ oħra reġgħu wrew il-qalb kbira tagħhom, u għalhekk sa issa, inġabru aktar minn miljun ewro f’fondi b’risq il-Malta Community Chest Fund, tliet sigħat biss minn 12-il siegħa maratona.

Dak li qed isegwi jista’ jifhem u jesperjenza dak li għaddejjin minnu dawk li huma tant fil-bżonn, li jieħdu l-kura hawn Malta u anke barra minn Malta u għalhekk bosta qed jagħtu d-donazzjonijiet tagħhom.

L-istrina propju l-għada tal-Milied hija l-ġurnata fejn Malta u Għawdex tpoġġi quddiem it-television, issegwi u tagħti l-kontribut tagħha lil dawk il-persuni li għandhom bżonn ħafna u ħafna għajnuna.

Il-maratona qed tixxandar fuq l-istazzjonijiet kollha ta’ pajjiżna.