Il-President Ukren, Volodymyr Zelensky, qal li r-Russja kienet taf eżattament x’qed tagħmel meta, f’Jum il-Milied, wettqet wieħed mill-aktar attakki ‘brutali u inumani’ fuq l-infrastruttura tal-enerġija – u fejn intlaqtu l-faċilitajiet li jipprovdu s-sħana għall-poplu tal-Ukrajna waqt din ix-xitwa mill-aktar qalila fir-reġjun.
Intant, il-qawwiet tal-ajru Ukreni qalu li indikaw ‘il fuq minn 190 missila u drones sparati lejn il-faċilitajiet inkwistjoni u meta ħafna minn dawn jew twaqqgħu mis-sistemi tad-difiża inkella ma laqtux il-miri speċifikati. Ingħad ukoll li l-attakki ħallew il-vittmi, bir-Russja tikkonferma li l-attakk fuq il-faċilitajiet tal-enerġija kien ilu pjanat u li tmexxa ‘b’suċċess kbir’.
L-attakk wassal għal diversi qtugħ fil-provvista tad-dawl fil-kapitali Kiev u madwar il-pajjiż – bil-missili u d-drones jolqtu lid-diversi nħawi meta r-residenti kienu qed ifittxu l-kenn fl-istazzjonijiet tal-metro.
Fl-istess ħin, il-messaġġ minn Moska kien li ‘il-missili u d-drones laqtu lill-miri kollha’ — bl-osservaturi indipendenti jsostnu li l-attakk kien it-13-il wieħed dirett, din is-sena, fuq is-settur tal-enerġija tal-Ukrajna. Dan kien anki konfermat mill-kumpannija DTEK li hi l-akbar sors privat tal-enerġija fl-Ukrajna.
//= $special ?>