Albaniż ta’ 34 sena ġie kkundannat 18-il xahar ħabs wara li ammetta li kellu fil-pussess tiegħu arma tan-nar ikkargata.
Jani Cela, li jgħix Wied il-Għajn, kien tressaq fil-Qorti wara li fis-7 ta’ Frar li għadda pulizija li kienu qed jagħmlu ronda fil-Ħamrun raw jagħmel U-turn u jsuq minn fuq il-post meta rahom. Il-pulizija segweh u waqt tfittxija fil-karozza, li fiha kien hemm persuna oħra mill-Albanija wkoll, sabet arma tan-nar ikkargata b’5 bullets.
Il-Pulizija ressqitu fil-Qorti u akkużatu bil-pussess tal-arma u li kien qed isuq karozza mikrija mhux fuq ismu. Hu kien wieġeb mhux ħati imma meta beda jinstema’ l-każ ammetta u l-Maġistrat Astrid May Grima kkundannatu għal 18-il xahar ħabs waqt li skwalifikatlu l-liċenzja tas-sewqan għal sena.
Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Lydon Zammit u Sarah Kathleen Zerafa.
//= $special ?>