Uffiċjali tal-emerġenza fin-Norveġja issejħu qrib il-villaġġ ta’ Hadesl fejn xarabank inqalbet fi xmara.
Il-każ jidher li seħħ kmieni illum wara nofsinhar, bir-rapporti jindikaw li l-karozza tal-linja kienet qed iġġorr fiha madwar 60 persuna.
L-ewwel indikazzjonijiet qed juru li tliet persuni mietu f’dan l-inċident. U fil-post waslu fost l-oħrajn membri tar-Red Cross.
Kollox jindika li l-inċident kien ikkawżat mill-fatt li t-toroq huma friżati, u z-zona ta’ Hadesl kienet maħkuma minn riħ qawwi.
//= $special ?>