l-melodija ta’ Shaboozey żgur se tibqa’ sinonima mal-2024. U f’Jannar, ċertament illi ħadd ma kien jobsor li dan l-artist kellu jagħtina waħda mill-aktar kanzunetti popolari ta’ din is-sena.
Din il-kanzunetta, bl-isem A Bar Song, saret l-aktar number one hit li damet fil-quccata tal-Billboard Hot 100 Chart. Iżda aktar minn hekk, Shaboozey reġa’ ġedded l-imħabba għall-melodija ibbażata fuq stil country. L-istess kif għamlu Post Malone u Beyonce.
L-2024 tibqa’ wkoll sinonima mal-kunċerti kbar li wasslet Taylor Swift f’kull rokna tad-dinja – il-kantanta li kompliet tisraq il-qlub ta’ ġenerazzjonijiet sħaħ.
Artista femminili oħra li kompliet ttisplodi fix-xena, kienet bla dubju Sabrina Carpenter…li din is-sena tatna “Espresso”.
Is-sena li waslet biex tintemm rat ismijiet oħra bħal Charli xcx, Billie Eilish, Chappell Roan u Ariana Grande ikomplu jkabbru r-reputazzjoni tagħhom fix-xena mużikali. Fuq kollox, kienet is-sena li ġabet lejn pajjiżna artisti kbar – bħal Ed Sheeran, Sam Smith, Il Volo u l-grupp Take That.
//= $special ?>