Lokali

Is-Sleeping Beauty: Storja klassika b’differenza

Din is-sena il-Panto bil-Malti hija l-istorja klassika ta’ Sleeping Beauty. U għall-ewwel darba, wara 22 sena qed issir fit-teatru ta’ Dar il-Mediterran għall-  Konferenzi.

Kif mistenni, il-pantomima toffri divertiment garantit b’diversi botti – uħud minnhom politiċi – diski oriġinali bil-Malti, sfin, kostumi kuluriti u l-karatru tad-dama; li naturalment ikun interpretat minn raġel.

Net News tkellem ma’ Pawlu Testa il-producer ta’ din il-panto, illi spjega l-importanza tal-grupp ta’ nies li jaħdmu miegħu biex din il-panto tkun ta’ suċċess. Proċess li jiba propju ftit ġimgħat biss wara li tittela’ l-aħħar performance tal-pantomima.

Il-Parti tad-dama għas-seba’ sena konsekkuttiva se tkun interpretata minn Rodney Gauci li huwa attur magħruf sew fost il-Maltin.

Din il-pantomima se titella’ wkoll fit-teatru rinnovat tal-Oratorju Dun Bosco fir-Rabat Gaħwdex, is-Sibt  4 u l-Ħadd 5 ta’ Jannar.