Lokali

“Ma nerġax immur Malta għal vaganza” – Johann Grech jiċċensura lid-Direttur ta’ Gladiator

Id-direttur magħruf Ridley Scott għamel kumment kontroversjali meta qal li ma jirrakkomandax lil ħadd iżur Malta għal vaganza, minkejja li l-film tiegħu Gladiator irċieva rekord ta’ €47 miljun minn fondi tat-taxxi Maltin.

Waqt intervista ma’ Christopher Nolan, Scott faħħar l-arkitettura ta’ Malta iżda żied jgħid: “Ma mmurx lura hemm għal vaganza,” b’ton li ħafna rawh bħala dirett u mhux biss b’mod ċajtier.

Huwa fatt li l-kumment ta’ Scott, li jidher ċar fl-intervista oriġinali mtella’ minn Paramount Pictures, ġie editjat mil-Kummissarju tal-Films, Johann Grech. Fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, Grech iċċensura u ħassar il-parti fejn Scott iddeskriva lil Malta bħala destinazzjoni turistika, u ħalla biss il-parti fejn faħħar l-arkitettura Maltija.

Johann Grech għadu jmexxi l-Kummissjoni tal-Films, u kien wieħed minn dawk li kellu protezzjoni assoluta mhux biss mill-eks Ministru Clayton Bartolo iżda anke saħansitra mill-Prim Ministru innifsu.