Lokali

AĠĠORNATA: Żewġ persuni l-Isptar wara li kienu involuti f’ħabta ma’ karozza f’Bormla

Sewwieq ta’ mutur u l-passiġġiera li kellu miegħu ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kienu involuti f’inċident fi Triq Għajn Dwieli, f’Bormla.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9 am.

Il-mutur kien qed jinstaq minn raġel ta’ 31 sena li joqgħid San Pawl il-Baħar, u miegħu kellu mara ta’ 30 sena minn Bormla.

Kelliem għall-Pulizija kkonfermalna li l-mutur ħabat ma’ karozza tal-għamla Toyota, li kienet misjuqa minn mara 31 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Il-kundizzjoni tal-persuni nvoluti għadha mhix magħrufa.