Lokali

Sewwieqa ta’ mutur issofri minn ġrieħi gravi

Sewwieqa ta’ mutur sofriet minn ġrieħi gravi wara ħabta ma’ trakk fi Triq il-Ħotba, iż-Żejtun għall-ħabta ta’ nofsinhar.

Il-Pulizija marret fil-post u minn stħarriġ li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn il-mutur misjuq minn mara ta’ 62 sena residenti l-Ħamrun u trakk misjuq minn Indjan ta’ 25 sena residenti Ħal Luqa.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn hemmhekk ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.