Ix-xena ta’ divertiment fis-sena 2024 tilfet ikoni kbar kemm fil-mużika kif ukoll fit-tejatru, b’uħud mill-imwiet jaħsdu lid-dinja iktar minn oħrajn hekk kif rajna persuni li mietu ta’ eta żgħira.
żB’waħda minn dawn l-imwiet tkun dik tal-kantant ta’ 31 sena Liam Payne li tilef ħajtu wara li waqa’ minn galarija ta’ lukanda fl-Arġentina f’Ottubru. Mewta li ]ħasdet lid-dinja kollha inkluż dawk l-imsejħa directioners li saħansitra għamlu velja anka f’Malta.
Il-karriera ta’ Liam Payne splodiet wara li hu kien ingħaqad mal-grupp mużikali One Direction li kien ifformat fl-X-Factor tal-2010. Eventwalment, hu kien beda karriera bħala solisti fejn kiseb suċċess bil-kanzunetti Strip That Down u Get Low.
Ix-xena tal-mużika tilfet ukoll lil Quincy Jones awtur u produttur ta’ diversi kanzunetti li ħadem ma’ bosta stilel fosthom Michael Jackson u Frank Sinatra. Huwa kien rebbieħ ta’ 28 Grammy Award u kien ukoll meqjus bħla wieħed mill-aktar personaġġi influenti fil-ġeneru mużikali tal-jazz fis-seklu 20.
Is-sena 2024 kienet ukol is-sena li fiha d-dinja selmet lil Eric Carmen li kellu bosta suċċessi bħala solisti fosthom Never Gonna Fall in Love Again, All by Myself u Hungry Eyes.
Il-leġenda tal-mużika country Kris Kristoffereson ukoll ħalla din id-dinja fl-eta ta’ 88 sena, filwaqt li Tito Jackson wieħed mill membri oriġinali tal-grupp Jackson 5 miet fl-eta ta’ 71 sena.
F’Settembru d-dinja tilfet waħda mill-aqwa attriċi brittaniki Dame Maggie Smith fl-eta ta’ 89 sena. Smith tibqa’ rinomata ghar-repertorju vast tagha fejn interpretat rwoli kemm komiċi kif ukoll traġiċi.
Dame Maggie Smih kienet rebbeieħa ta 2 oscars, numru ta’ BAFTA awards fost oħrajn. Hija tibqa’ magħrufa l-aktar għal karratru tagħha f’Downton Abbey u bħala Professor Minevra McGonagall f’Harry Potter – rwol li hija kompliet tinterpreta minkejja li kienet qed tieħu il-kimoterapija.
Fl-eta ta’ 79 sena ħalla din id-dinja l-attur Bernard Hill magħruf l-aktar għal karattru ta’ King Theodon fil-film the Lord of The Rings u l-kaptan Edward Smith fil-film Titanic.
F’Ġunju tas-sena 2024 miet l-attur Donald Sutherland li interpreta l-parti ta’ Vernon Pinkley f’The Dirty Dozen u l-President Snow fis-serje The Hunger Games.
Fl-eta ta’ 53 sena l-attrici Shannen Dohery tilfet il-batalja tagħha kontra l-kanċer – hija tibqa’ magħrufa l-aktar għall karatru tagħha ta’ Brenda f’Beverly Hills 90210 ……. waqt li l-kantant u attur David Soul ta’ Startsky & Hutch miet fl-eta ta’ 90 sena.
Mid-dinja tal-futbol fis-sena 2024 mietu Toto Schillaci, Gigi Riva u Franz Bechenbauer fost oħrajn.
Mietu wkoll numru ta’ persuni oħra li kienu influenti fosthom Alexei Navalny l-mexxej tal-oppożizzjoni fir-Russja u Roberto Cavali disinjatur mill-aqwa magħruf għall-istili partikolari li ħoloq.
//= $special ?>