Lokali

AĠĠORNATA: Tork ta’ 36 sena weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-vettura

Raġel ta’ 36 sena li kien qed isuq Toyota Vitz weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu.

L-inċident seħħ illum għal ħabta tat-07:50 fi Triq Diċembru Tlettax, il-Marsa, meta Tork ta’ 36 sena residenti Ħaż-Żebbug, tilef il-kontroll tal-vetura tiegħu u baqa’ dieħel fil-barrikati u arblu tad-dawl.

Fil-post issejaħ tim mediku tal-ambulanza li ħa lill-vittma l-Isptar Mater Dei, għal aktar għajnuna medika.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

Il-kundizzjoni tas-sewwieq għadha mhux magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.