Għada fuq NET Television mill-4.10 pm ‘l quddiem jixxandar il-ħdax il- programm SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.
Fl-ewwel parti tal-aħħar programm għas-sena 2024 enfażi dwar il-Jarhead Young Sailors Foundation b’intervisti mal-Lead Skipper CLAUDIO BUGEJA, mal-iskipper GARY MERCIECA kifwkoll ma wieħed mill-baħrin iż-żagħżugħ PAOLO FORTUGNO.
Fit-tieni parti tal-programm Charles Camenzuli flimkien mal-cameraperson Bernie Dimech iltaqa’ ma’ CLAUDE COULON eks plejer ta’ Hibernians li kien għal btala f’Malta u li miegħu mhux biss kien diskuss il-mod kif beda ma’ Hibernians fejn lgħab bejn l-1951 u 1954, esperjenzi fil-Kampjonat u FA Trophy iżda wkoll x’wassal biex il-familja Coulon ġiet Malta.
SPORT EXTRA għandu lil Andreas Borg bħala responsabbli mill-muntaġġi u filmati minn Bernie Dimech .
//= $special ?>