Il-Kampjonat Taljan jirritorna llum wara waqfa ta’ ftit ġranet minħabba żmien il-Milied u l-festi rrelatati miegħu.
Il-Programm t’għada jibda fit-3:00pm hekk kif se jkunu qed jintlagħbu l-ewwel żewġ partiti mit-18-il ġurnata tas-Serie A.
Empoli se jaffrontaw lil Genoa fi Stadio Carlo Castellani, bit-tim ospitanti jkollu lista twila ta’ plejers li mhux se jkunu disponibbli. 7 plejers huma mistennija li jitilfu din il-partita, b’4 minnhom ikunu mweġġajn fl-irkoppa.
Fit-3:00pm tintlagħab ukoll il-partita bejn Parma u Monza fi Stadio Ennio Tardini. Konfront minn naħa t’isfel tal-klassifika, b’Monza jfittxu t-tieni rebħa staġjonali biex forsi jinqalgħu minn qiegħ il-klassifika hekk kif wara l-ewwel 17-il partit huma rnexxielhom jakkumulaw biss 10 punti u rebħa waħda.
Fis-6:00pm, iċ-champions Inter jaffrontaw lil Cagliari fil-Unipol Domus. In-Nerazzuri jinsabu b’partita inqas, hekk kif lagħbu 16 s’issa. Rebħa llum titfa’ lil Inter momentarjament fl-ewwel post permezz tad-differenza fil-gowls.
Għal Inter għada mhux disponibbli Matteo Darmian, Francesco Acerbi, Benjamin Pavard u Raffaele Di Gennaro.
Bin-nuqqas ta’ Darmian, Acerbi u Pavard, id-difensur laterali Brażiljan Carlos Augusto mistenni jibda’ fil-pożizzjoni ta’ difensur ċentral tax-xellug fis-sistema ta’ tlett difensuri għal Inter.
L-aħħar partita tal-lum tkun waħda mill-iktar mistennija mill-programm kollhu ta’ din il-ġimgħa bejn il-leaders Atalanta u Lazio. Lazio ġejjien minn telfa umiljanti ta’ 6-0 kontra Inter, segwita min rebħa minima ta’ 2-1 fuq Lecce.
Minn naħa l-oħra Atalanta jinsabu f’forma tajba ħafna, hekk kif ilhom bla telfa tlett partiti mill-kompetizzjonijiet kollha, b’dik it-telfa tasal kontra Real Madrid fil-UCL.
Il-Ħadd ġurnata oħra logħob mis-Serie A, bil-partiti Juventus kontra Fiorentina u Milan kontra Roma bla dubju jkunu l-iżjed tnejn li jiġbdu l-attenzjoni.
Fin-12:30pm, Udinese jospitaw lil Torino filwaqt li fit-3:00pm, Napoli jospitaw lil Venezia f’dik li għanda tkun partita faċli għat-tim ta’ Conte biex jikseb it-tlett punti u jkompli l-mixja tiegħu lejn it-titlu.
Juventus qed jittama li jagħmluha tlett rebħiet infila għall-ewwel darba dan l-istaġun meta jospitaw lil Fiorentina fl-Allianz.
Il-lista ta’ Injuries għal Juventus qed tonqos madankollu xorta tibqa’ waħda mill-ikbar fis-Serie A. Il-plejers mhux disponibbli għal Motta għal għada huma: Douglas Luiz, Jonas Rouhi, Timothy Weah, Bremer, Arkadiusz Milik, Teun Koopmeiners, Juan Cabal u Danilo.
Finalment fid-8:45pm tintlagħab il-partita tal-ġimgħa bejn Milan u Roma.
Żewġ timijiet li mhux qed ikollhom l-istaġun li jixtiequ hekk kif Milan qed jokkupaw it-tmien post u Roma qed jokkupaw l-għaxar post. Iż-żewġ timijiet qed ifittxu t-tlett punti biex forsi jżommu t-tama’ ta’ kwalifikazzjoni għall-Ewropa ħajja. It-Tnejn l-aħħar żewġ partiti tal-ġimgħa hekk kif Como jaffrontaw jaffrontaw lil Lecce fis-6:30pm u Bologna jospitaw lil Hellas Verona fid-8:45pm.
Illum
Empoli v Genoa 3:00pm
Parma v Monza 3:00pm
Cagliari v Inter 6:00pm
Lazio v Atalata 8:45pm
Għada
Udinese v Torino 12:30pm
Napoli v Venezia 3:00pm
Juventus v Fiorentina 6:00pm
Milan v Roma 8:45pm
It-Tnejn
Como v Lecce 6:30pm
Bologna v Verona 8:45pm