Il-kumment tad-Direttur magħruf Ridley Scott qajjem agħa sħiħa – kumment kontroversjali fejn hu stess ma rrakkomanda lil ħadd iżur Malta għal vaganza, minkejja li l-film tiegħu Gladiator 2 irċieva rekord ta’ €47 miljun minn fondi tat-taxxi Maltin.
Waqt intervista ma’ Christopher Nolan, Scott faħħar l-arkitettura ta’ Malta; iżda imbagħad qal li ma jiġix lura Malta għal btala.
Wara dan il-kummenti, ħafna nies fakru kif l-ewwel kellna lill-kantant Robbie Williams illi spiċċa jiżufjetta bil-Maltin f’pajjiżna stess. U issa Ridley Scott li appella lin-nies sabiex it-turisti ma jersqux ‘l hawn.
B’reazzjoni, l-uffiċjal tal-Labour Jason Micallef ħeġġeġ lill-Gvern biex joħroġ jikkundanna dan il-kliem – xi ħaġa li sa issa ma saritx.
U mhux talli l-Gvern ma kkundannax dawn il-kummenti mid-Direttur ta’ Gladiator 2, talli l-intervista oriġinali mtella’ minn Paramount Pictures ġie iċċensurata mill-Kummissarju tal-Films, Johann Grech.
Fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, Grech iċċensura u ħassar il-parti fejn Scott iddeskriva lil Malta bħala destinazzjoni turistika, u ħalla biss il-parti fejn faħħar l-arkitettura Maltija. Dan sabiex jaħbi dak li intqal verament. Il-Partit Nazzjonalista ikkundanna dan l-aġir u fakkar kif il-pożizzjoni ta’ Johann Grech, illum iktar minn qatt qabel, m’għadhiex tenibbli …għax tilef kull kredibbiltà.
//= $special ?>