Mil-lum, kull apparat elettroniku ġdid fis-suq Ewropej jeħtieġu li jkunu jiċċarġjaw b’USB-C. Din id-deċiżjoni ttieħdet fl-aħħar xhur wara vot fl-Parlament Ewropew biex jitnaqqas l-iskart.
B’hekk, kull apparat elettroniku, bħal mobiles, tablets, cameras, u headphones, għandhom ikunu jiċċarġjaw b’USB-C
Il-liġi l-ġdida tgħid li l-konsumatur saħansitra jista’ jirrifjuta li jirċievi charger ġdid ma’ apparat elettroniku li jixtri jekk ma jkunx meħtieġ.
Din id-deċiżjoni se taffettwa n-negozji kollha, fosthom Apple li inizzjalment ikkontestat ir-regoli. Iżda, eventwalment addattat mad-direttivi l-ġodda tant li l-apparati elettroniċi llum il-ġurnata huma USB-C.