Malli wasalna fil-post, sibna xena li tixxukjak. Kien qisu seħħ tsunami. Fil-pjazza, kien għadu qed jidwu l-għajjat u l-biki. Niex jiġru. Kaos. U ħadid ma’ kullimkien.

Din kienet l-esperjenza kiefra li għaddew minnha iż-Żabbarin is-Sibt filgħodu, meta karozza tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla għal fuq in-nies li kienu fuq il-monti.
Il-crew ta’ NetNews wasal mal-ewwel fil-post tal-inċident, li kien miżgħud bil-Pulizija, ambulanzi, uffiċjali tal-protezzjoni ċivili u bosta persuni ohra li nġabru f’Misraħ San Ġakbu. U t-tabib Jason Bonnici kien minn tal-ewwel li hareg jaghti l ghajnuna.

It-tabib spjega wkoll li f’mumenti bħal dawn huma l-esperti nedici li jiddeterminaw liema huma dawk l-aktar fil-bzonn ta’ assistenza immedjata.

Bosta Żabbarin li tkellmu ma’ Net News ddeskrivew ix-xena bħala “tsunami”, hekk kif raw il-karozza issuq għal fuqhom hi u tolqot numru ta’ persuni li kienu fit-triq.
Skont xhieda fil-post, jidher li t-triq illi għadda minnha l-anzjan sabiex isuq lejn il-monti, tkun one-way fil-ħin li fih jarnaw il-bejjiegha; bejn is-6am u n-nofsija.

Jirrizulta wkoll li l-anzjan kiser lejn it-triq tal-monti fejn allegatament deher li kellu diffikultà bil-karozza tiegħu, imbagħad skont dak li qal lill-Pulizija, għafas il-gass u mhux il-brake. B’rizultat li saq għal fuq in-nies.
//= $special ?>