Lokali

RITRATT: Is-sewwieq tal-karozza jingħata l-assistenza mit-tobba

Ittieħed l-isptar Mater Dei r-raġel li kmieni dalgħodu spiċċa saq għal fuq il-monti ta’ Ħaż-Żabbar, meta bi żball għafas il-gass u mhux il-break.

Is-sewwieq (ritratt fuq) kien raġel anzjan ta’ 79 sena. U jidher li fl-inċident ġew feruti sitt persuni, li tnejn minnhom huma anzjani.

Ħadd minn dawk feruti m’għandu ġrieħi serji. U l-Pulizija kkonfermat li dan kien inċident.