Tliet żgħażagħ ġew arrestati aktar kmieni matul il-jum tal-Ġimgħa wara li allegatament importaw id-droga f’pajjiżna.
Bulgaru u żewġ Maċedonjani qed jinżammu arrestati fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, fil-Furjana wara li ġie identifikat pakkett indirizzat lil wieħed minn dawn it-tliet żgħażagħ, li kien ġej minn barra minn pajjiżna.
Il-pakkett kien fih żewġ kilogrammi droga suspettata kannabis b’valur li jaqbeż il-€15,000.
Wara l-investigazzjonijiet tal-Pulizija saret tfittxija f’residenza f’Wied il-Għajn u flimkien mal-pakkett instabu wkoll qratas li huma suspettati kokaina. Dan kollu flimkien ma’ numru ta’ affarijiet oħra relatati ma’ importazzjoni ta’ droga.
//= $special ?>