“Inċident li kien ilu mistenni” “Il-ħin kollu nsibu ruħna f’periklu” “Sigurtà zero”
Dawn kienu biss ftit mill-baraxx ta’ kummenti li ħallew bosta persuni wara l-inċident ikrah li esperjenzaw iż-Żabbarin kmieni s-Sibt filgħodu.
B’bosta persuni jgħidu li l-bejjiegħa tal-monti dejjem isibu ruħhom f’periklu. Dan filwaqt illi insistew fuq il-ħtieġa ta’ aktar infurzar fejn jidħol iż-żoni tal-monti fil-lokalitajiet.
s-Sibt filgħodu l-komunità Żabbarija qamet maħsuda hekk kif anzjan ta’ 79 sena, daħal wrong-way għat-triq tal-monti, u bi żball għafas il-gass minflok il-break – bir-riżultat li saq għal fuq in-nies.
Huwa propju għalhekk li bosta esprimew id-diżappunt tagħhom lejn l-awtoritajiet għaliex mhix tittieħed biżejjed azzjoni ta’ prevenzjoni fiz-zoni tal-monti – zoni illi jesperjenzaw karozzi li jibqgħu deħlin minn man-nies preżenti tul is-sigħat kollha li jarmaw
B’perunsa partikolari tistqarr li sabiex inċidenti ta’ din il-gravità ma jerġax iseħħ, trid tittieħed azzjoni issa… filwaqt li t-traffiku jingħata direzzjoni oħra u mhux dik ta’ fejn jarma l-monti
Intant, bosta insistew ukoll illi l-awtoritajiet huma reattivi u mhux proattivi għaliex wara li jseħħ l-inċident, mbagħad ikun tard wisq.
B’dan il-persuna saħanistra jistqarr li “l-ewwel irid imut xi ħadd u wara jieħdu azzjoni”.
Fil-każ li seħħ f’Ħaż-Żabbar weġġgħu 6 persuni, b’mara tispiċċa feruta gravi u ħamsa oħra isofru ġrieħi ħfief. U kien biss b’miraklu li s-sitwazzjoni ma spiċċatx fi traġedja ferm aktar gravi.
//= $special ?>