Futbol Sport

Draw bejn Milan u Roma f’San Siro… Napoli jżommu l-pass f’ras il-klassifika

F’San Siro Milan u Roma temmew fi draw ta’ 1-1. Partita li prattikament kienet magħluqa fl-ewwel taqsima biż-żewġ gowls jaslu fl-ewwel nofs siegħa logħob. Milan fetħu l-iskor fis-16-il minuta permezz ta’ Tijani Reijnders, b’Paolo Dybala jikseb id-draw għal Roma ftit minuti wara.

Fi Stadio Diego Armando Maradona Napoli żammew il-pass ma’ Atalanta f’ras il-klassifika b’rebħa ta’ 1-0 fuq Venezia. Fis-37 minuta huma setgħu marru fil-vantaġġ fis-37 minuta mill-ħdax-il metru madanakollu Romelu Lukaku ma rnexxielux jikkapitalizza. Minkejja dan il-gowl deċiżiv u li finalment tagħhom ir-rebħa wasal fid-79 minuta b’gowl ta’ Giacomo Raspadori.

Fl-Allianz Stadium draw ta’ 2-2 bejn Juventus u Fiorentina żamm lil Juventus fis-sitt post bi Fiorentina post fuqhom, it-tnejn bi 32 punt. Juventus ħadu l-vantaġġ fl-20 minuta minn Khephren Thuram li avvanza tajjeb u xeħet b’xutt fil-baxx għal 1-0. Fiorentina kisbu d-draw fit-38 meta minn cross ta’ Yacine Adli kien Moise Kean li bir-ras xeħet fix-xibka kontra l-eks team tiegħu. Tliet minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima reġa’ kien Khepren Thurams li daħal tajjeb fil-kaxxa u kkonkluda fix-xibka, biex fis-87 minuta kien Riccardo Sottil li mill-viċin b’konklużjoni fis-saqaf tax-xibka kiseb id-draw għal Fiorentina.

Is-Sibt: Empoli v Genoa 1-2, Parma v Monza 2-1, Cagliari v Inter 0-3, Lazio v Atalanta 1-1
Ilbieraħ: Udinese v Torino 2-2, Napoli v Venezia 1-0, Juventus v Fiorentina 2-2, Milan v Roma 1-1
Illum: Como v Lecce 6.30pm, Bologna v Verona 8.45pm