Il-Gvern fil-muta. Ebda stqarrija minn naha tal-Ministeru tal-Intern.
Net News illum żvela li priġunier ieħor prova jnehhi ħajtu b’idejh fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Sorsi li tkellmu magħna qalulna li l-priġunier, li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, kien jinsab f’Dormitorju 1 meta seħħ l-attentat ta’ suwiċidju.
Issa, dan il-prigunier jinsab rikoverat fl-Isptar Monte Carmeli.
Diversi ufficjali tal-Habs ma jistghux jemmnu kif kaz bhal dan inzamm mistur. U ma jistghux jemmnu lanqas kif id-Direttur tal-Habs Chris Siegersma hareg jichad dak li gie rappurtat minn Net News.
Fil-fatt, il-kaz tant kien wiehed sensittiv li l-Gvern halla lil Siegersma jfendi ghal rasu – u ma harget ebda stqarrija ufficjali biex tispjega d-dinamika tal-kaz.
//= $special ?>