Żagħżugħ ta’ 21 sena min-Nepal inżamm arrestat wara li tressaq quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit akkużat li attakka lill-inkwilin b’sikkina fir-residenza li kienu jgħix fiha, fejn l-inkwilin ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
Meta tressaq il-Ħadd filgħodu, iż-żagħugħ, li huwa student wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
L-Avukat argumentat li l-imputat ġie Malta biex jistudja u se jmur joqgħod f’residenza oħra. Qalet ukoll li mhuwiex ġust li jmur il-ħabs meta kulma ilu 10 xhur u ġie Malta biex itejjeb ħajtu.
Iżda l-prosekuzzjoni argumentat li minbarra li kulma ilu Malta 10 xhur, m’għandux rabtiet sodi mal-pajjż. Minħabba hekk, kien hemm il-biża li jaħrab.
Żdiedet li ma kienx hemm garanzija li se jmur joqgħod f’post ieħor kif kien qed jallega. Minbarra hekk, il-fatt li l-imputat kien qed jgħid li kien fis-sakra ma kinitx raġuni ċara għall-attakk.
L-Avukat tal-imputat talbet għall-ħelsien mill-arrest, iżda l-Maġistrat irrifjutat, għaliex minkejja li l-imputat qal li kien se jmur joqgħod mal-ħabib, ma kienx hemm konferma min din il-persuna. Minbarra hekk, il-Bord tal-Akkademja kellhom bżonn jistabilixxu r-rabta b’saħħitha ma’ Malta.
Minbarra hekk, kellha tixhed l-allegata vittma.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Ġenerali Clive Aquilina u l-Ispettur Ian Azzopardi, u l-avukat tal-għajnuna legali għan-naħa tad-difiża Julia Micallef Stafrace.
//= $special ?>