Lokali

Maratona ġbir ta’ fondi b’risq id-Dar tal-Providenza fl-Ewwel tas-Sena

Jinsabu fl-aqwa tagħhom il-preparamenti għall-maratona ġbir ta’ fondi li ssir ta’ kull sena b’risq il-ħidma tad-Dar tal-Providenza

Nhar il-Erbgħa, propju fl-Ewwel tas-Sena, id-Dar tal-Providenza se tkun qed ittella’ l-maratona annwali ta’ ġbir ta’ fondi b’risq l-istess Dar.

Id-Dar tal-Providenza toffri residenza lil 115-il persuna bi bżonnijiet speċjali.

L-attività se tkun qed tibda fid-9:30 am permezz ta’ quddies ikkonċelebrata mill-Arċisqof ta’ Malta, Charles J. Scicluna. Biex imbagħad wara tibda l-maratona li se tibqa’ għaddejja sa nofsillejl fejn tul il-jum kollu se jkun hemm divertiment għall-familja kollha.

U dan apparti li s-sala prinċipali tad-Dar se tospita esebizzjoni ta’ arti li se jiġu rkantati online, bil-flus imorru għad-Dar.

Ma’ Net News, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr. Martin qal kif id-Dar teħtieġ l-għajnuna finanzjarja hekk kif kull resident għandu l-bżonnijiet partikolari tiegħu. U kien għal dan l-għan li Fr. Martin wassal il-messaġġ tiegħu lill-pubbliku.

Din il-maratona se tkun qed tixxandar fuq l-istazzjonijiet lokali kollha, fosthom Net Television.

Ritratti: Catriel Farrugia Sghendo