Internazzjonali

AĠĠORNATA: Mal-180 mejtin fost it-tiġrif ta’ ajruplan fil-Korea ta’ Isfel…bl-investigazzjonijiet qed ikomplu

Ritratt: Sky News

Il-mejtin fit-tiġrif, sigħat ilu, ta’ ajruplan fl-ajruport ta’ Muan (fil-Korea ta’ Isfel) telgħu għal 180 u meta l-investigazzjonijiet relatati mat-traġedja għandhom ikomplu fil-ġranet li ġejjin

L-ajruplan Boeing kien għaddej bi flight 2216 u fejn mifhum li salvaw żewġ membri tal-ekwipaġġ biss…Dan waqt li, bħalissa, għaddejja tfittxija għall-katavri fost il-fdalijiet tal-ajruplan.

L-identità tal-maġġoranza tal-vittmi għadha mhix magħrufa.

Ftit qabel ma ġġarraf l-ajruplan, il-piloti bagħtu twissija lill-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, li kienu laqtu xi għasafar…. Iżda ftit wara, sar magħruf li l-ajruplan kien żgiċċa mill-mitjar u bir-riżultat li baqa’ dieħel f’ħajt fost l-isplużjoni sussegwenti.

L-ajruplan hu tal-kumpannija Jeju Air u l-kelliema tagħha qalu li l-inċident ma kienx dovut għal xi nuqqasijiet ta’ manutenzjoni.