Lokali

“Relazzjoni ineżistenti bejn il-Gvern u l-Kunsilli Lokali”

“Ma’ teżistix linja ta’ informazzjoni bejn l-Awtoritajiet governattivi u l-Kunsilli Lokali.”

Hekk sostna Frans Ghirxi – ex editur tal-gazzetta l-Orizzont, b’reazzjoni għal dak li qalet il-President Myriam Spiteri Debono fid-diskors tagħha f’Jum ir-Repubblika, rigward is-sitwazzjoni tal-Kunsilli Lokali.

Fil-Gazzetta ‘it-Torċa’ – fil-paġna solita tiegħu – Ghirxi semma’ l-fatt li l-Kunsilli Lokali jinsabu iżolati u weħidhom, mingħajr kuntatt kif jixraq mal-Gvern.

Huwa rrimarka kif anke fid-diskors tagħha Myriam Spiteri Debono elenkat bosta problemi, bil-President issemmi l-Kunsilli Lokali 86 darba fid-diskors tagħha –

L-ex editur tal-Orizzont, li għadu attiv ferm fil-Partit Laburista, insista li jekk il-President ta’ Malta għafset daqstant fuq il-Kunsilli mela verament hemm problemi kbar f’dan ir-rigward.

Frans Ghirxi fakkar kif il-Kunsilli Lokali f’pajjiżna ilhom joperaw għal dawn l-aħħar 30 sena u suppost s’issa l-pajjiż kellu jimxi ‘l quddiem fejn jidħlu l-Kunsilli – madanakollu f’dawn l-aħħar 10 snin l-Kunsilli Lokali ġew spiċċaw bla valur u limitati għall-aħħar.

Dan apparti li sosta li jaqbel perfettament mal-President ta’ Malta meta qalet li l-Gvern għandu “jipprovdi l-għodda u l-finanzi neċessarji”. Kien hawn fejn Ghirxi elenka l-fatt li kieku l-għodod neċessarji qed jingħataw … il-President ma kienetx ser tikkummenta u ssaqsi b’dak il-mod.

Hu għalaq billi sostna li jixtieq jara bidla immedjata fejn jidħol l-operat tal-Kunsilli Lokali – dan minħabba li l-Gvern ilu għal dawn l-aħħar 10 snin inaqqar ftit ftit mill-poteri limitati tal-Kunsilli; apparti n-nuqqas ta’ komunikazzjoni bejn il-partijiet. Hekk kif fakkar li fl-aħħar mill-aħħar il-konsegwenzi ta’ dan kollu dejjem jispiċċaw jaqgħu fuq ir-residenti, u jkunu n-nies stess li ibgħatu mill-ineffiċjenza.