Numru ta’ stabbilimenti tal-catering f’Għawdex irrapportaw diversi kanċellazzjonijiet ta’ ikliet kawża ta’ dewmien kbir fis-servizz tal-Gozo Channel.
Dan saħqitu l-Assoċċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering hekk kif ġie spjegat li b’mod mill-aktar partikolari l-għada tal-Milied il-kjuwijiet u konġestjoni ta’ traffiku mill-Mellieħa saċ-Ċirkewwa kienu kbar.
L-ACE spjegat li wasal iż-żmien biex il-Gozo Channel tbiddel il-mod kif topera fiż-żmien tal-festi hekk kif ċertu deċiżjonijiet qed jimpattaw negattivament ir-ristoranti Għawdxin.
Dan hekk kif intqal li l-policy tal-ħaddiema tal-kumpanija hi li waqt ħin l-ikel ta’ nofsinhar kemm fil-Milied kif ukoll fl-Ewwel tas-Sena s-servizz jiġi sospiż.
L-ACE spjegat li fl-interess tal-komunità Għawdxija tan-negozju b’mod partikolari fis-settur tal-catering.
//= $special ?>