Sport Sport Ieħor

Djokovic u Kyrgios jirbħu l-ewwel partita flimkien

(Ritratt: EPA)

It-tennist Serb Novak Djokovic u t-tennist Awstraljan Nick Kyrgios, kisbu rebħa fl-ewwel partita tagħhom flimkien 6-4 6-7 10-8 fuq l-Awstrijak Alexander Erler u l-Ġermaniż Andreas Mies.

Din kienet l-ewwel darba li dawn iż-żewġ tennisti lagħbu flimkien f’partita tad-doubles bir-relazzjoni tagħhom fil-passat ma tkunx xi waħda amikevoli.

F’kummenti wara l-partita Djokovic stqarr li kienet partita mill-isbaħ għalih li lagħab ma’ Kyrgios.