Matul il-lejl tħabbret il-mewt tal-kantant Malti Joe Grech. Hu kellu 90 sena.
Grech jibqa’ sinonimu mal-Eurovision tal-1971, meta ipparteċipa bil-kanzunetta ‘Marija l-Maltija’.
Tul il-karriera tiegħu, Joe Grech kanta f’diversi pajjiżi barranin – fosthom l-Italja, l-Irlanda, ir-Renju Unit, il-Kanada u anke fl-Awstralja. U fl-1977 kien wassal show fir-Royal Opera House ta’ Sydney.
Apparti l-karriera fil-mużika, Joe Grech kien ukoll volontiera mal-Caritas. U ħadem flimkien ma’ ħuh, Monsinjur Victor Grech.
Joe Grech kien miżżewweġ lil Josephine, u kellhom tifla.
Il-funeral ta’ Joe Grech se jsir il-Ħamis, fl-10am, fil-Knisja ta’ Santa Venera.
//= $special ?>