It-turisti li għażlu li jqattgħu l-Ewwel tas-Sena f’Malta biex jaħarbu mill-kesħa li qed taħkem iċ-ċentru tal-Ewropa, jidher li mhux se jkunu diżappuntati hekk kif bejn it-Tnejn u l-Ħadd, l-ogħla temperatura f’pajjiżna se titla’ sa 17°C – dan filwaqt li l-inqas temperatura qatt mhu se tinżel taħt l-10 gradi.
Lejlet l-Ewwel tas-Sena, it-temp mistenni jkun xemxi b’riħ li jlaħħaq Froza 3; ideali għal dawk li beħsiebhom jilqgħu l-2025 waqt iċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali li se jsiru fil-Belt Valletta u fir-Rabat Għawdex…u f’ċelebrazzjonijiet oħra mifruxa f’diversi lokalitajiet madwar il-pajjiż.
L-ewwel jum tas-sena l-ġdida, jiġifieri nharl-Erbgħa l-1 ta’ Jannar, mistenni li jkun ukoll ikkaratterizzat minn temp ftit jew wisq imsaħħab.
Matul il-lejl, it-temperatura mistennija tinżel għal 11°C – temperaturi li issa saru sinonimi ma’ dan ix-xahar hekk kif f’Diċembru esperjenzajna ksieħ f’dan il-livell.
U għal dawk in-nies li qed jippjanaw li jqattgħu is-sena l-ġdida barra minn xtutna, l-kesħa se tkun qed tinħass sew fi bliet bħal Budapest, Stokkolma, Madrid u anke Berlin – b’temperaturi li se jinżlu taħt iz-zero.
Jidher iżda li t-temp għandu jkun aktar sħun minn snin preċedenti f’postijiet bħal Londra…fejn it-temperatura hija mbassra li tkun 11-il grad celcius. Dakinhar, Londra tixgħel is-smewwiet bl-ispettaklu ta’nar tal-arju minn ħdejn l-famuża London eye.
Anke fil-famuża pjazza ta’ New York, Times Square, it-temperatura għandha tkun ta’ 11-il grad b’xi ħalbiet iżolati ta’ xita.
//= $special ?>