Futbol Sport

Ipswich jaħsdu lil Chelsea, ikompli d-diżastru ta’ Man Utd

Ipswich Town kisbu rebħa mhux mistennija ta’ 2-0 fuq Chelsea. Ipswich fil-vantaġġ wara 12-il minuta permezz ta’ penalty ta’ Liam Delap. L-eks tal-partita Omari Hutchinson irdoppja għal Ipswich fit-53 għal skor finali ta’ 2-0.

Ikompli l-istaġun diżastruż ta’ Manchester United meta sofrew it-tielet telfa konsekuttiva bl-iskor ta’ 2-0 kontra Newcastle United, bil-gowls jaslu mal-ewwel 20 minuta. Alexander Isak poġġa lill-Magpies fil-vantaġġ wara erba’ minuti. Joelinton irdoppja fid-19-il minuta.

Draw ta’ 2-2 f’Villa Park bejn Aston Villa u Brighton. Simon Adingra poġġa lil Brighton fil-vantaġġ wara 12-il minuta. Ollie Watkins ġab l-iskor indaqs permezz ta’ penalty fis-36 minuta. Morgan Rogers dawwar l-iskor favur it-tim ta’ Unai Emery iżda tmien minuti mit-tmiem kien Tariq Lamptey li salva punt għas-Seagulls.